"Merħba Ġo Pajjiżna" – Ilbieraħ Festa Ta' Kuluri Minn Numru Kbir Ta' Kmamar Tan-Nar Ġo Pajjiżna

32 kamra tan-nar madwar Malta u Għawdex ilbieraħ ħadu sehem f’ċelebrazzjoni fejn pajjiżna sellem lill-ewwel turisti li niżlu f’pajjiżna. Tista’ tgħid li ċ-ċelebrazzjoni tal-bieraħ kienet waħda meritata. L-ekonomija ta’ pajjiżna tiddependi bi kbir fuq it-Turiżmu u dawn l-aħħar xhur żgur li ma kinux faċli għal ħafna nies f’din l-industrija.





Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha ħalliet messaġġ dalgħodu, “Merħba ġo pajjiżna. Prosit lit-32 kamra tan-nar differenti mifruxa ma’ Malta u Għawdex għall-ispettaklu tan-nar ta’ dal-lejl. Kien esperiment li ppruvajna ghall-ewwel darba. Inħarsu ‘l quddiem għal avvenimenti oħra fil-futur qarib.”



Jidher li l-esperiment intlaqa’ sew dan għaliex diversi nies inġabru f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex sabiex jaraw in-nara li kienu ħejjew il-kmamar tan-nar lokali.

Facebook / Marlon Polidano

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI