“Meta Ġiet Orietta Berti F’Malta Mingħajr Ħlas Biex Tgħin Lill-Familji Tat-Traġedja Ta’ Um El Faroud Fl-1995” – Twanny Scerri

Twanny Scerri qasam storja dwar kif Orietta Berti offriet li tiġi flimkien mal-band tagħha f’Malta mingħajr ħlas biex tgħin tiġbor flus għall-qraba tat-traġedja ta’ Um El Faroud fl-1995.

“Fit-3 ta’ Frar tal-1995, seħħet it-traġedja fit-Tarzna ta’ Malta,” kiteb Twanny. “9 ħaddiema tilfu ħajjithom meta sploda l-vapur Um El Faroud. Baċir Numru 3 spiċċa qabar. Kollha kont nafhom.”

“Il-kunsill tat-Tarzna ftit ġimgħat wara nkarigani biex inġib lil xi ħadd biex ngħinu lill-familjaru u jekk nista’, mhux b’ħafna flus. Irnexxieli nġib lil Orietta Berti u l-band mhux bi ftit glus, imma meta fehmta għaiex, hi offriet li hi u l-band jiġu b’xejn.”

“Ġiet it-Tarzna u ltaqgħet ma’ uħud mill-midruba. Orietta kantat għal sagħtejn sħaħ. Eluf kienu attendeew il-kunċert. Ġbarna eluf ta’ Liri Maltin.”







Ritratti:

Facebook / Twanny Xerri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI