Meta l-Milied Jinbidel f’Piż: Għaliex Inħossuna Stressjati f’dan l-Istaġun?

Il-Milied huwa magħruf bħala l-istaġun tal-ferħ, imma r-riċerka psikoloġika turi li għal ħafna nies isir ukoll żmien ta’ pressjoni u ansjetà. Studji moderni juru li ħafna adulti jħossu piż emozzjonali minħabba aspettattivi kulturali bħal: ikliet perfetti, rigali għal kulħadd u atmosfera familjari mingħajr tensjoni. Din l-idea romantiċizzata ħafna drabi ma taqbilx mar-realtà tagħna u twassal għal stress u għejja emozzjonali.

Riċerkaturi fil-psikoloġija soċjali jispjegaw li l-mismatching bejn dak li nħossu u dak li għandna nuru joħloq pressjoni interna. Bosta studji anke juru li f’dan iż-żmien jiżdied ix-xiri kompulsiv u l-impuls li nissodisfaw aspettattivi li forsi ħadd ma talab b’mod dirett.

Skont psikologi tal-familja, il-laqgħat obbligatorji jistgħu jqajmu tensjonijiet antiki jew konflitti mhux solvuti. Min-naħa l-oħra, nies introvertiti jew dawk li għaddejjin minn perjodu diffiċli jistgħu jħossuhom aktar waħedhom meta jaraw fuq il-midja soċjali xenarju ideali li ma jirriflettix ħajjithom.

L-esperti jirrakkomandaw li n-nies jitgħallmu jgħidu le, jieħdu ħsieb saħħithom u jagħmlu għażliet aktar awtentiċi. Il-Milied m’għandux ikun kompetizzjoni jew piż, imma opportunità biex nieqfu, nieħdu n-nifs u nħarsu lejn dak li tassew jagħtina paċi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI