"Meta L-Pazjenti Jirritornaw Lura Lejn Djarhom Dik Hi Rebħa… Aħna Nkompli Niġġieldu Hawn" – L-Infermiera Martina

Fuq il-paġna Malta, News, Photos and People l-infermiera bl-isem ta’ Martina xtaqet taqsam ritratt flimkien ma’ appell importanti għalina lkoll.

Fih hi titkellem dwar dak kollu li jħoss u jgħaddi minnu t-tim mediku waqt il-ġlieda kontra l-Covid-19. Tappella lin-nies biex igawdu l-vantaġġ li jistgħu joqogħdu siguri fi djarhom u ma jeħdux kollox qisu xejn mhu xejn. 

“Hawn ħafna nies li kapaċi jparlaw u jagħmluha tal-għalliema tal-ħajja. Oħrajn, flok ipaċpċu, jaġixxu. Jien iddeċidejt li nagħmel il-parti tiegħi billi nkun parti minn tat-tieni. Is-sitwazzjoni xorta għadha diffiċli. Nagħmlu sigħat sħaħ f’żoni fejn hemm pazjenti bil-Covid19. B’ilbies minn rasna sa saqajna. Dan biex nipproteġu ruħna minn għadu inviżibbli.”

Titkellem dwar mumenti ħelwin meta l-pazjenti li jfiqu mill-Covid juru l-apprezzament tagħhom lejn l-infermiera b’mod speċjali u jirringrazzjawhom. “Kemm ħadt gost tiġi mara li fieqet u flok baqgħet ħierġa mill-isptar ġiet u rringrazzjatni. Ġie raġel ukoll ried jirringrazzjani. Wisq probabbli jekk jarani fit-triq mhux se jagħrafni, għax hu jafni miksija minn fuq s’isfel.”

Minn qalbna nuru solidarjetà mal-infermiera u mat-tim mediku kollu. Grazzi tas-sagrifiċċji kollha li għadkom ma waqaftux tagħmlu GĦALINA!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI