“Meta Lit-tfal Tagħtihom Responsabilità… Tiskanta X’Riżultat Joħroġ” – Is-Sur Lelio Spiteri

Is-Surmast Lelio Spiteri qasam messaġġ sabiħ dwar l-istudenti tiegħu. “Kull filgħodu nara grupp ta’ studenti tas-Sitt Sena jidħlu kmieni qabel it-tmienja biex jippreparaw għall-assemblea,” jibda l-messaġġ tas-Sur Lelio Spiteri. “Ġeneralment Maria Maddalena tkun l-ewwel waħda li tasal u ftit wara jingħaqdu magħha bniet oħra,” iżid jgħid.

Skont Spiteri, kull filgħodu dawn l-istudenti jidħlu fl-uffiċċju, jiftħu l-cupboard, jieħdu t-tablet u l-bandiera Maltija u jmorru fil-History Interpretation Room biex jippreparaw. Meta l-assemblea ssir fis-sala tal-iskola jużaw ukoll il-laptop tiegħu. “Saħansitra saru jafu l-password!” iżid jgħid b’ton ċajtier.



“Ftit qabel it-tmienja tibda l-mużika ta’ filgħodu. Dak li jispikka hu kemm jagħmlu kollox b’għaqal u preċiżjoni.” Dawn l-istudenti tgħallmu jużaw il-mixer, jgħollu u jbaxxu l-faders u dejjem ipoġġu kollox lura f’postu. Is-Surmast Lélio Spiteri irrakkonta wkoll episodju ħelu li ġralu waqt dawn il-preparamenti. Huwa spjega li darba minnhom student jismu Nikolai niżel miegħu fis-sala biex jgħinu jressaq xi siġġijiet u mwejjed. Huwa rrakkonta kif wara li lestew ix-xogħol, Nikolai qagħad wara l-mixer u anke ħadlu ritratt. 



Spiteri temm jgħid li meta lit-tfal tagħtihom responsabilità, tassew tiskanta x’riżultat sabiħ jista’ joħroġ.



Ritratti:

Facebook/ Lelio Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI