Is-sit, Il-Malti Madwarna, tikkritika l-fatt li fuq il-prodott Malti wieħed ma jsibx l-informazzjoni bil-Malti nnifsu. Ħafna pajjiżi jkollhom il-lingwa Nazzjonali tagħhom miktuba fuq il-prodotti tal-ikel u għaliex aħna ma għandnix nagħmlu dan ukoll?
“Kburin bil-prodott Malti. Hekk għandna nkunu. Imma għala m’aħniex kburin bi lsienna wkoll? Meta se nibdew nużawh il-Malti fuq il-prodotti tagħna mingħajr ebda skużi u tlaqliq? Qabel ma l-liġi tinbidel u tibda tobbliga l-użu tal-Malti fuq dawn it-tip ta’ prodotti, l-affarijiet se jibqgħu l-istess.Il-Maltin u l-Għawdxin se jibqgħu jiġu mċaħħdin minn ħaġa li hi normali f’pajjiżi oħra: l-użu tal-lingwa nattiva fuq il-prodotti tal-ikel.Li tuża l-Malti f’Malta mhuwiex xi kapriċċ imma bżonn u ħaġa normali.”
Inti taqbel ma’ dan li ntqal?
Facebook / Il-Malti Madwarna, Benna Malta Dairy Products