“Meta Ssib Annimali Mhux Domestiċi Midruba Dejjem Ċempel Lil Wildlife Resuce Team”

L-ambjentalista Cami Appelgren għamlet appell hekk kif tellgħet filmat titma’ hoglet. Hi appellat sabiex meta jinstab xi annimali mhux domestiky, wieħed għandu jċempel lil Wildlife Rescue Team u mhux jittratah hu, hekk kif dan jaf ikun proċess delikat.

“Importanti! Dejjem ċempel lil Wildlife Rescue Team fuq 99999505 meta ssib rettili, qanfud, friefet il-lejl jew ħajja tal-baħar midruba,” hi kitbet.

Dwar il-filmat hi qalet, “l-ilma ngħata wara gwida mit-tim tas-salvataġġ. Qatt m’għandek tagħti xi ħaġa jew b’xi mod tipprova tittratta l-annimal waqt li tkun qed tistenna, sakemm ma jiggwidawkx biex tagħmel hekk biex tissalvagwardjal-annimal.”

“F’dan il-każ ingħataw qtar żgħir tal-ilma waqt li kienu qed jistennewhom biex iżommu l-hoglet idratat. Tintlibes ingwanta ukoll biex ma nxerredx il-batterja.”





Facebook/Cami Appelgren



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI