Kevin Borg irrakkonta l-esperjenza mill-isbaħ li kellu lbieraħ ma’ Lennon John u l-familja tiegħu meta marru jieklu flimkien u faħħar lil dawn in-nies bl-aktar kliem sabiħ.
“Ilbieraħ konna mistiedna nmorru nieklu ma’ din il-familja sabiħa ta’ Pamela u Nick f’Għawdex u kellna ċ-ċans li nqattgħu ftit ħin ma’ Lennon li huwa bniedem meraviljuż,” hu kiteb.
“Meta tara l-ammont illimitat ta’ mħabba li dawn in-nies għandhom għal binhom, tibda tirrealizza li l-anġli fil-fatt qed jgħixu fostna hawn fid-dinja u żgur li huma 2 minnhom !! Grazzi ħafna għall-ikla mill-isbaħ Pam u Nick.”
Facebook/Kevin Borg