Fuq grupp pubbliku ta’ Facebook, mara ġibdet l-attenzjoni ta’ kulħadd wara li tellgħet ritratt ta’ bankina mimlija boroż taż-żibel li jostakolaw minn fejn tgħaddi.
“Meta taraw ġenitur miexi fit-triq bil-puschair, tiġġudikawx, imma għaddu bil-mod bil-karozzi…Xi kultant huwa mpossibli li tgħaddi minn fuq il-bankina. Aħseb u ara min juża l-wheelchair,” hi kitbet.
Ħafna qablu ma’ din il-mara u esprimew kemm hu diffiċli li tgħaddi fuq bankini mimlijin boroż taż-żibel.
Dan qajjem mill-ġdid il-kwistjoni tal-ġbir taż-żibel li ġiet diskussa reċentement fost l-awtoritajiet. In-nies esprimew ix-xewqa tagħhom għal ġbir alternattiv taż-żibel bħal bins kollettivi bħalma jagħmlu f’pajjiżi barranin.

Facebook/Luana Cuschieri