L-attur Brian Farrugia għadu kif qasam riflessjoni fuq il-profil tiegħu dwar diversi esperjenzi mill-ħajja li wrew li kultant mhux dejjem ħa nsibu min ikun hemm għalina meta u kif irridu, u jaf inkunu aħna s-sostenn għalina nfusna.
Madankollu mill-esperjenza personali, jsemmi li maż-żmien sab min iħobbu u sab spalla ma’ xiex seta’ jserraħ biex ikompli għaddej. “Meta tgħallimt innixxef id-dmugħ tiegħi stess, sibt spalla biex nibki fuqha… meta kkontrollajt il-ħila tal-mibegħda, xi ħadd beda jħobbni minn qalbu… u waqt li stennejt id-dawl għal sigħat twal, meta rqad, ix-xemx ħarget… dik hija l-ħajja!”
Brian ikompli jikteb kif is-suċċessi u l-mumenti sbieħ ma jiġux meta rridu aħna, u kultant jinqalgħu meta l-inqas inkunu qed nistennewhom. “Tippjana x’tippjana, qatt ma tkun taf x’ħejjiet il-ħajja għalik… is-suċċess jintroduċik fid-dinja… imma l-falliment jintroduċi d-dinja lilek… kun dejjem ferħan.”
Prosit Brian ta’ din ir-riflessjoni li fiha x’tomgħod!