Il-paġna Ġmiel il-Pinna Maltija tikteb messaġġi ħelwin ta’ tama u mħabba, bil-Malti. Illum fuq il-paġna nkiteb messaġġ li jiddeskrivi l-emozzjonijiet li jinħassu f’relazzjoni ġenwina.
Kitbu, “Meta tiltaqa’ mal-persuna t-tajba, tinduna mill-ewwel… Il-mod kif tħares lejk, kif tisimgħek. Tiftakar l-inqas dettall u ddaħħkek. Tagħmlek persuna aħjar, iktar b’saħħtek, emozzjonalment u mentalment. Tgħollik u tħeġġek fil-ħolm tiegħek. Toffrilek l-akbar id ta’ ħbiberija. Tiftaħ qalbek, u tħossok fl-aktar post sigur. Tħossok fil-paċi, u tibda tħobb aħjar minn qatt qabel. Qalbek tkun taf u ssib ferħ fl-iktar mumenti sempliċi flimkien.”
Żiedu jgħidu, “Afda dawn is-sentimenti. Għax il-persuna t-tajba tagħmlek tħossok maħbuba u apprezzata!”
Imħabba ġenwina bħal din hi tassew rari, u għalhekk meta tinstab, għandna verament ngħożżuha!
Facebook / Ġmiel il-Pinna Maltija