“Meta Tinvesti Bi Mħabba, Din Tintraddlek Lura Bil-Kotra” – Is-Surmast Lelio Spiteri

Is-surmast Lelio Spiteri fuq il-paġna tiegħu kiteb paragrafu emozzjonali dwar xi jfissru għalih il-‘memories’ li jitilgħu fuq Facebook, għaliex ifakkruh f’memorji sbieħ tal-passat.

Hu kiteb, “Kuljum, fil-‘memories’ jitilgħu ritratti mill-passat. Il-biċċa l-kbira minnhom ikunu mill-ħajja tiegħi fl-iskola. Tintebaħ malajr kemm jgħaddi ż-żmien. It-tfal jikbru malajr. Ħafna minnhom illum saru ġuvnotti u xebbiet, żgħażagħ fl-aħjar tagħhom. Jien inbdilt ukoll, mhux ħafna. Imma l-marka taż-żmien hemm qiegħda wkoll, f’xi tikmixa ‘l hemm u ‘l hawn, f’xi xagħra bajda, fid-dehra. Imma l-esperjenzi jsawruna u jagħmluna l-persuna li aħna llum. Kemm ġrajjiet, avventuri, attivitajiet! Kemm enerġija investita f’uliedna! Is-sodisfazzjon jibqa’ wieħed. Dak li tiżra’, illum jew għada jinbet, jixxettel, isir pjanta, arbuxell, siġra u xi ħaġa tajba tibqa’ żgur. Meta tinvesti bi mħabba, din tintraddlek lura bil-kotra.”

Din hija perspettiva vera sabiħa dwar il-memorji tal-passat. Minkejja li ż-żmien jinbidel, il-memorji jfakkruna f’dak kollu li nkunu għamilna bi mħabba biex naslu fejn wasalna llum.





Facebook / Lelio Spiteri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI