"Meta Tqabbel Lilna Ma' Pajjiżi Oħra, Aħna L-Aktar Ħoxnin… Apparti L-Maltin" – Boris Johnson

Wara li l-Prim Ministru tal-Ingilterra, Boris Johnson laqtu l-virus tal-Covid-19 u ddaħħal l-isptar, iddeċieda li l-Gvern Ingliż għandu jagħmel xi ħaġa biex jgħin l-Ingliżi jitilfu l-piż. “Meta tqabbilna ma’ pajjiżi oħra, aħna l-aktar ħoxnin, apparti l-Maltin għal xi raġuni” qal fuqna Boris. Hu qal dan f’intervista li ta lil Times Radio lbieraħ. 





Ritratt: Boris Johnson/ Facebook

Jidher li fuq din is-sitwazzjoni ser ikun qed janalizza miżuri kif jista’ jgħin lill-Ingliżi. Qal ukoll li ser ikun qed ibiddel l-pożizzjoni liberarja tiegħu fuq l-obeżità. Boris ammetta wkoll li l-pandemija kienet diżastru u ħolma kerha għall-Britanniċi, hekk kif bħalissa l-Ingilterra għandha t-tielet l-akbar rata ta’ mwiet.

Malta għandha tagħmel xi ħaġa biex innaqsu r-rata tal-obeżità f’pajjiżna?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI