"Meta Wied Iż-Żurrieq Kien Okkupat Mill-Ġermaniżi" – Henry Zammit Cordina

L-attur Henry Zammit Cordina qasam ritratt fuq Nostalgia Malta bil-kliem, “Meta Wied iż-Żurrieq kien okkupat mill-Ġermaniżi.” Dawk li ftit għandhom idea tal-istorja donnhom bdew jemmnuh li f’xi żmien jew ieħor Wied Iż-Żurrieq kien taħt il-qawwa Ġermaniża imma oħrajn malajr qabżu u serrħu ras dawk li ma kinux ċerti li dan ir-ritratt hu biss xena minn film.





Dan ir-ritratt imur lura għall-aħħar tas-snin sittin, filwaqt li l-film kien ħareġ fis-sena 1970! Għal dawk li probabbli issa jinsabu kurjużi x’jismu l-film u forsi jixtiequ jfittxuh biex jarawh, il-film kien jismu Hell Boats. Insomma għall-film biss jidher li kien hawn il-Ġermaniżi f’pajjiżna. Henry xeħet din il-memorja u malajr kien hemm min ħaseb li nesa xi parti intergrali mill-istorja ta’ Malta!



Facebook / Henry Zammit Cordina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI