“Meta Xi Ħadd Ibusek Fuq Moħħok Spiss Jingħad Li Dak Li Jkun Ikun Qed Imisslek Ruħek” – Dr Nicholas Briffa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam mas-segwaċi tiegħu ftit informazzjoni interessanti rigward il-bews ta’ fuq il-moħħ.

Beda billi qal, “Il-bewsa fuq il-moħħ jingħad li hija s-simbolu eċċellenti ta’ protezzjoni, rispett, viċinanza emozzjonali, tenerezza u affezzjoni. Huwa ġest li jirrappreżenta mħabba profonda u huwa ġest differenti mill-bewsa erotika li tingħata fuq ix-xufftejn. Imma għala? Meta xi ħadd ibusek fuq moħħok spiss jingħad li dak li jkun ikun qed imisslek ruħek.”

Żied jgħid, “Din l-idea ta’ oriġini Kartesjana (ġejja mill-filosfu u xjentist Franċiż René Descartes – circa 1620) hija bbażata fuq il-fatt li eżatt wara l-biċċa ta’ quddiem tal-moħħ (iżjed lejn iċ-ċentru tar-ras) tinsab glandola żgħira imsejħa l-glandola pineali. Dak iż-żmien it-tradizzjoni xjentifika kienet tgħid li din il-glandola tirrappreżenta aċċess dirett għar-ruħ tal-persuna li tirċievi dik il-bewsa. Kemm huwa importanti li nuru affezzjoni lil xulxin!”

Qal ukoll, “(FATT – minkejja li sal-lum għadna ma nafux l-irwoli kollha ta’ din il-glandola, grazzi għall-għodod moderni tan-newroimmaġini nafu li x-xogħol primarju tagħha huwa fl-irqad u l-produzzjoni tal-melatonina fost affarijiet oħra. Il-melatonina hija ormon importanti ħafna fiċ-ċiklu irqad-qawmien).”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI