Hemm Ċans Li L-Iskart Jieqaf Jinġabar Minn Wara L-Bieb – X'Taħseb?

Matul din il-ġimgħa saret proposta min-naħa tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ Malta.  Milli jidher, l-għaqda tixtieq tintroduċi metodu ġdid għall-ġbir tal-iskart f’pajjiżna fejn dak li nafuh bħala d-‘door to door garbage collection’ jinqata’ u minflok l-iskart jibda jintrema f’żoni differenti, waħda f’kull triq tar-raħal, u iktar ‘il quddiem anke waħda biss  f’kull raħal jew reġjun!

Din l-idea żgur li ser tibdel drastikament il-mod kif jiġi ttratat l-iskart u l-ġbir tiegħu f’pajjiżna u għalhekk huwa ssuġġerit li s-sistema tibda tiġi introdotta bilmod fuq perjodu ta’ għaxar snin.  Madanakollu, il-gvern qed jikkunsidra bis-sħiħ l-introduzzjoni ta’ dan il-kunċett.

Irridu nżommu f’moħħna li nkunu sostenibbli kemm nistgħu meta jasal dan iż-żmien u nqisu li nisseparaw l-iskart kif suppost! Intom x’taħsbu minn dan il-proponiment?

 

 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI