“Mhuwiex Video Li Jagħti Qawwa Jew Kunfidenza”- Angele Galea Dwar Il-Music Video Ta’ Sam Smith

Fil-video mużikali l-ġdid, Sam Smith qanqlu polemika dwar iż-żfin ‘iper-sesswalizzat’ bil-kritiċi jargumentaw li qed jinormalizzaw l-pornografija fil-kultura pop iżda s-segwaċi tagħhom isostnu li ‘jagħti qawwa u kunfidenza’. 

Il-preżentattriċi u attriċi Angele Galea ma qablet xejn mas-segwaċi u sostniet li dan il-music video mhuwiex wieħed li jagħti qawwa jew kunfidenza. Hi qasmet ukoll diversi kummenti ta’ nies li huma mħassba bil-kontenut tal-music video.

Fost il-kummenti kien hemm, “YouTube m’għandu l-ebda restrizzjoni tal-età fuq il-vidjow ta’ Sam Smith b’kontenut sesswali degradanti. Tfal ta’ 5 snin jistgħu jfittxu dan u jarawh mingħajr restrizzjonijiet tal-kontenut.”

Il-video ta’ I’m Not Here To Make Friends wassal għal dibattitu dwar jekk għandux ikun ristrett għall-età fuq pjattaformi bħal YouTube minħabba l-kontenut espliċitu tiegħu.

Sam Smith jaslu f’kastell f’ħelikopter qabel jiżfnu flimkien ma’ numru kbir ta’ żeffiena b’ilbies erotiku fejn jagħmlu diversi pożizzjonijiet espliċiti fost affarijiet oħra.





Facebook/Angele Galea



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI