Bħal ħafna koppji oħrajn, il-preżentatur Quinton Scerri u l-maħbuba Kerstyl għażlu li t-tieġ tagħhom jiġi pospost għas-sena d-dieħla.
Illum kienet ser tkun il-ġurnata memorabbli tagħhom, u ovvjament bħalissa qed iġibu quddiem għajnejhom kieku minn liema eċitament għaddejjin! “Kieku dal ħin erħejnilha lejn is-Santwarju, mimlijin eċitament, ferħ u entużjażmu! Illum kellha tkun ġurnata speċjali għalina, għall-familja u sħabna!”
Minkejja l-pandemija u l-inkwiet kollu li ninsabu fih, Quinton jinsab pożittiv u kuraġġuż għas-sena d-dieħla. Is-sena meta Kerstyl fl-aħħar issir martu!
Nawgurawlhom mill-qalb u f’isem Gwida.mt ngħidulhom Kuraġġ!