"Mhux Biss Għax Ommi…" – X'Messaġġ Iwassal Felix Busuttil?

Felix Busuttil qasam ritratt mill-isbaħ mal-għażiża ommu u miegħu qasam erba’ kelmiet mill-qalb tar-rispett kbir li għandna nuru lill-anzjani tagħna. Dan ir-rispett ma għandux jiġi biss minna iżda Felix jinsisti wkoll li għandu jiġi mill-istat.

Hu jgħid, “Mhux biss għax ommi. L-unika. L-għażiża. L-isbaħ. Għax nemmen li il-missierijiet u l-ommijiet tagħna kollha huma l-uniċi. L-iktar għeżież. U l-isbaħ għal kull wieħed u waħda minnha. Nemmen li jeħtieġ nipproteġuhom. Li nagħtuhom dak kollu li tawna fit-trobbija tagħna u ħafna aktar.”

Felix ikompli jinsisti, “Li l-pensjoni tagħhom tkun xierqa u denja għax-xogħol kollu li taw, l-għaraq u t-tbatija tagħhom ħajjithom kollha. U mhux biss isservi sal-aħħar tax-xahar. Li l-kontijiet pubbliċi tagħhom ikunu mnaqqsa. Għax taw kontribut pubbliku ħajjithom kollha. Li qatt m’għandhom iħossuhom waħedhom. L-istat joffri servizz ta’ sistemi komunikattivi sabiex dawk waħedhom jiġu akkumpanjati u mħarrsa.”

Hu saħansitra jistqarr, “Li min jażżarda jweġġagħhom jeħel pieni ħorox u kbar. Li l-kura tagħhom fl-isptarijiet tagħna tkun waħda eċċellenti. Li d-djar tal-anzjani ma jkunux djar fejn qegħdin jistennew il-mewt imma djar mimlijin ħajja, krejattività u għożża. Li nagħtuhom rispett. Importanza. U mħabba kbira. Li dak kollu li huma għalina hu għal pajjiż tagħna kollu.”

X’taħseb minn dan il-kliem?





Facebook / Felix Busuttil



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI