Louis Galea (Mhux il-politiku) kiteb fuq facebook: “Its not fair to the real maltese to send abroad to represent us not maltese breed” (nikkwotaw kelma b’kelma kif kitibha hu).
Skont hu, Martha Attard li hija Maltija daqsna ma jistħoqqilhiex li tirrappreżenta fil-Konkors tal-Miss World jekk tirbaħ il-konkors ta’ Malta hi.
Martha hija waħda mill-kontestanti fil-Miss World Malta 2020 u mimlija talenti sbieħ fosthom dak tal-mużika. Louis Galea uża l-kelma ‘breed‘ li sempliċiment jekk tfittex fuq google tinduna li din tintuża għall-annimali.
Possibbli sirna daqshekk razzisti? Intom x’taħsbu dwar dan?!
Ritratt: Facebook/ Louis Galea