"Mhux Ħa Ngħid Li Faċli… Bkejt Meta Ma Rajtx Riżultati…" – Brooke Borg Tirrakkonta Kif Waslet Fejn Waslet Illum

Fuq il-midja soċjali l-kantanta Brooke Borg ta’ spiss tixħet xi ritratt jew filmat qasir biex isservi ta’ ispirazzjoni għall-oħrajn. Fil-fatt fl-isfida li kienet għaddejja biha, ħabbret li kellha riżultati sbieħ!

Dan ma sarx mil-lum għal għada u l-kantanta kellha tesperjenza mumenti diffiċli wkoll. “Mhux ħa ngħid li faċli għax inkun qed nigdeb. Bkejt meta ma rajtx riżultati”. 

“Inħossni aktar b’saħħti, mimlija enerġija, kunfidenti u pożittiva minn qatt qabel” tisħaq Brooke. Hi kitbet li dan kollu ġara bis-saħħa ta’ dawk kollha li baqgħu hemm għaliha u għenuha tikseb dawn ir-riżultati. Tirringrazzja lil kull min jibgħatilha messaġġi ta’ sapport u kuraġġ kontinwament biex tibqa’ tissielet għal dak li trid.

Tispiċċa billi turi s-sodisfazzjon li tħoss meta timmotiva lil ħaddieħor. “Nittama li mmotivajt lil ħaddieħor waqt din l-isfida biex isiru verżjoni aħjar tagħhom infushom għax intom ukoll ħaqqkom l-aħjar”. Nifirħu lil Brooke għal dan li kisbet u għall-kliem ta’ kuraġġ li dejjem lesta biex tgħaddi!

View this post on Instagram

A post shared by 𝐁 𝐑 𝐎 𝐎 𝐊 𝐄 (@brookebofficial) on Jul 18, 2020 at 10:20am PDT

Instagram/ Brooke Borg







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI