“Mhux Ħafifa Mulej Din Il-Firda” – Tislima Mill-Qalb Minn Fra George Micallef Lil Ommu Frances

B’qalb mimlija diqa tħabbret il-mewt tas-Sinjura Frances Micallef, omm Fra George Micallef OFMConv, Gwardjan tal-Franġiskani Konventwali tal-Belt Valletta. Mument ta’ niket laqat lil din il-familja Maltija hekk kif Frances tilfet il-battalja tagħha ftit tas-sigħat ilu fl-Isptar Mater Dei, fl-età ta’ 66 sena.

Binha George Micallef, qasam messaġġ emozzjonanali fuq il-midja soċjali, fejn sellimilha bi kliem mimli mħabba, gratitudni u sogħba. Huwa fakkar fit-tbatija li għaddiet minnha u għalkemm mhijiex faċli stqarr li issa tista’ tistrieħ fis-sliem filwqat li tingħaqad ma-nanniet u z-zijiet li għaddew ukoll għall-ħajja ta’ dejjem.



Fil-messaġġ tiegħu, binha rringrazzjaha għal dak kollu li għamlet miegħu, ma’ ħutu u ma’ missierhom, u talabha taħfirlu għal mumenti fejn seta’ naqasha. Kliem sempliċi imma qawwi li juri r-rabta b’saħħitha bejn l-omm u l-iben.



Hu temm il-messaġġ tiegħu billi esprima l-vojt  kbir li qed iħoss f’qalbu “Mhux ħafifa Mulej din il-firda”  u talabha sabiex tibqa’ tħarishom minn hemm fuq “sakemm jerġgħu jiltaqgħu.” – frażi li tiġbor fiha l-uġigħ tat-telfa u fl-istess ħin il-fidi li tfarraġ il-qlub.



Ritratti:

Facebook/George Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI