Kate, mill-paġna Kate: Writing my Story qasmet mas-segwaċi tal-paġna tagħha, pass ieħor mediku f’ħajjitha. Qed iżżur sptar ieħor barra minn Malta bit-tama li tkompli ttejjeb saħħitha.
Hi spjegat, “Mhux it-tip ta’ vjaġġ li nagħżel, imma wieħed li se jkolli nagħmel… iktar testijiet mediċi fl-isptar ta’ Great Ormond Street.”
Żiedet tgħid, “Qed inġorr it-tama miegħi u nieħu ħsieb saħħti. Nitlob għal riżultati tajbin. Narakom daqt.”
Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti mingħand nies joffrulha l-kuraġġ f’dan iż-żmien diffiċli u jispjegawlha li hi qiegħda fit-talb tagħhom.
Ma tistax ma tiggustahiex b’dik it-tbissima ħelwa tagħha. Minkejja li se jkollha tagħmel dan il-vjaġġ kontra qalbha, aħna nafu kemm Kate hi tifla kuraġġuża. Taqtax qalbek għażiża Kate!
Facebook / Kate: Writing My Story