"Mhux Persuna Ta' Ħafna Bews U Tgħanniq… Iżda Mara B'Qalb Tad-Deheb" – Angela Fuq Eileen Montesin

Kemm hu sabiħ li wieħed jiktiblek messaġġ mill-qalb mhux f’għeluq sninek u meta ma tkunx qed tistennieh! Hekk għamlet il-preżentatriċi Angela Coleiro lil Eileen Montesin. “Ma tantx tħobb tiftaħar, mhux persuna ta’ ħafna bews u tgħanniq. Imma jien naf li hi mara b’qalb tad-deheb” tiddeskrivi Angela lil Eileen.

F’intervista li konna għamilna lil Angela kienet faħħret lil Eileen talli kienet hi li tagħtha l-ispazzju u tidher fil-programmi tagħha. Infatti Angela Coleiro ħadet sehem f’Becky The Return u kienet ukoll mistiedna regolari tal-programm Family Affair. Angela kitbet li, “fid-dinja tax-xandir mhux kulħadd jagħtik opportunita, Eileen tagħti lil ħafna nies”.

Angela fl-intervista kienet ikkonfermat li minn Ottubru ser tirritorna b’rokna li għandha x’taqsam mal-mużika fuq programm li ser tiproduċieh Eileen stess. Proset Angela hemm bżonn aktar nies bħalek li jagħrfu t-tajjeb ta’ dak li jkun!





Eileen apprezzat ħafna l-kumment, u rringrazzjat lin-nies tal-messaġġi sbieħ. “Sa minn meta bdejt il-programmi tat-tfal fl-80’s jien u Mark dejjem tajna ċans lil kull min xtaq juri it-talent tiegħu. Jien personali kellli nitħabat ħafna biex dħalt fid-dinja tax-xandir”.

Mhux ta’ bxejn qalbek kbira wisq Eileen!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI