"Mhux Qed Inħossni Sorpriża Li Reġgħet Ġrat Diżgrazzja Oħra" – Ivana, Bint Miriam – Il-Vittma F'Santa Venera

Ivana Portelli, bint Miriam ħalliet messaġġ imqanqal fuq il-mezzi soċjali dwar dak li ġara lbieraħ. Hi titkellem dwar id-disgrazzja li ġrat ilbieraħ. Hi sofriet it-telfa għażiża t’ommha meta d-dar tal-għeżież ġenituri tagħha ġġarfet.

Ivana tikteb, “B’dispjaċir kbir nuri s-simpatija mal-vittma u l-qraba tiegħu. Però sfortunatament mhux qed nħossni sorpriża li reġgħet ġrat diżgrazzja oħra. Juri biċ-ċar kif ma nbidel xejn f’dawn l-aħħar ħames xhur biex jitranġaw l-affarijiet, iżda pjuttost żdiedet biss il-biża’ fiċ-ċittadin Malti li b’xi mod jew ieħor imiss ma’ dawn is-sitwazzjonijiet.”





Tagħmel punt importanti meta tgħid, “Il-kliem sabiħ jimliek b’kuraġġ għall-ewwel ftit ġimgħat imma jekk ma jinbidel xejn dawk l-erba’ kelmiet ma jiswewx karlin. Nixtieq li għall-inqas id-diżgrazzja li ġrat lill-familja tagħna tiswa biex familji oħra ma jgħaddux milli għaddejna aħna.”

“Għalkemm tlabna kemm-il darba biex issir inkjesta pubblika, din waqgħet biss fuq widnejn torox. U huwa għalhekk li jerġgħu jiġru l-affarijiet għax ma nitgħallmu qatt u ma rridux nitgħallmu. Huwa ċar li hemm xi ħaġa ħażina fis-sistema u jrid isir proċess newtrali biex dawn in-nuqqasijiet jinstabu,” Ivana titkellem mill-qalb u nittamaw li kliem jasal għand l-awtoritajiet.

Il-punt li Ivana tagħlaq bih hu wieħed qawwi, “Ilbieraħ ommi, illum il-ħaddiem ġewwa Bormla u għada min?”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI