Mhux Ser Jixxandru Episodji Ta' Kuljum Ta' Big Brother Malta Fil-Ġranet Tal-Malta Eurovision

Din il-ġimgħa Big Brother Malta ser ikun qed iċedi l-ħin li fej issoltu jixxandru l-episodji ta’ kuljum, hekk kif ser ikun qed isir il-Malta Eurovision. Jidher li l-Malta Eurovision ser jixxandar fuq TVM+ fil-ġranet tas-semifinali u tal-finali.

“Għalhekk l-ebda episodju ta’ kuljum ma se jixxandar fl-4, 6 u 8 ta’ Frar fid-20:45. Imma tinkwetawx, it-24/7 live stream ikompli bħas-soltu fuq GOPlus,” jikteb it-tim ta’ Big Brother Malta. Dan ifisser li waqt li ssegwi l-Malta Eurovision tista’ anke żżomm aġġornat b’li qed jiġri fid-dar ta’ Big Brother Malta.

Awguri lill-parteċipanti kollha, ejjew nappoġġjawhom!





Facebook/ Owen Bonnici



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI