Il-kantanta Amber Woods, tfajla Maltija u Amerikana, tkellmet dwar l-istorja tagħha fuq il-midja soċjali biex tgħin lil ħaddieħor li jaf hu għaddej minn ċirkostanzi simili.
Hi spjegat, “Jien ġejt diagnosed bil-kanċer fit-30 ta’ Diċembru ta’ 25 sena. Dħalt l-emerġenza minħabba aċidu estrem fl-istonku, li kont bdejt nesperjenzah għal dawn l-aħħar seba’ xhur. Kont naqla’ ħafna, ħsibt li l-alkoħol ma kienx jaqbel miegħi, kont nesperjenza ħafna uġigħ ta’ stonku… irriżulta li dan kollu kien kanċer tal-frixa.”
Żiedet tgħid, “Kollox ġara tant malajr li lanqas kelli ċans nipproċessa l-affarijiet. Malli t-tabib ħareġ mll-kamra qbadt nibki. Mhux suppost tisma’ li għandek il-kanċer ta’ 25 sena, jew ta’ kwalunkwe eta`żgħira. Ħadd m’għandu jkollu l-kanċer, jien qatt ma ħsibt li se jkolli imma din hi r-realta` tiegħi u qed nipprova nibqa’ pożittiva.”
Hi żiedet tgħid li mhix se tħalli din il-marda tisraqilha ħajjitha. Illum kienet l-ewwel ġurnata li bdiet it-trattament, u sostniet li se tibqa’ tiġġieled din il-marda biex tkompli tgħix. Inżommuha fit-talb tagħna f’dan iż-żmien. Kuraġġ għażiża Amber.
Facebook / Amber Woods