Mietu Żewġ Annimali Fil-Ħanut Li Ħa N-Nar Ġewwa San Ġwann

Ġie mħabbar minn Television Malta li ħanut tal-annimali ġewwa San Ġwann ħa n-nar u sfortunatament wassal biex l-annimali li kien hemm ġewwa belgħu ħafna duħħan.

Il-Protezzjoni Ċivili intervjenew minnu fih u salvaw bosta annimali billi ħarġuhom biex jieħdu l-ossiġnu li kellhom bżonn. Jidher li kien hemm żewġ pappagalli li mietu waqt dan l-inċident. “In-nirien ġew ikkontrollati mill-Membri tal-protezzjoni Ċivili, u l-ebda persuna ma jidher li weġġgħet”. 

Għadu mhux magħruf x’ikkawża dawn in-nirien.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI