Mikhael Lura Malta Wara Li L-Operazzjoni Tiegħu Tkun Ta’ Suċċess

Fit-18 ta’ Ġunju 2020, wara 9 xhur fir-Rainbow Ward, Mikhael kellu jmur l-Ingilterra biex jagħmel operazzjoni ħalli jitneħħilu t-tumur. Kien hemm bosta li awgurawlu fejqan ta’ malajr u suċċess kbir.





L-operazzjoni saret fit-23 ta’ Ġunju u b’aħbar tajba Puttinu Cares ħabbret li l-operazzjoni ta’ Mikhael kienet ta’ suċċess! Illum fil-fatt qiegħed lura Malta fir-Rainbow Ward. Għalissa għadu qed jirċievi l-kura, imma għall-inqas jidher li miexi ‘l quddiem.



Biex jiċċelebraw, lil Mikhael għamlulu kejk bl-annimali tal-farms. Naħseb taqblu miegħi jekk ngħid li dan it-tifel id-dinja kollha ħaqqu u mhux il-kejk biss! Aħna minn Gwida.mt nittamaw li Mikhael jibqa’ sejjer tajjeb kif inhu, b’tama kbira li jfiq.

Facebook/Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI