Bħalissa t-temp jinsab kemxejn instabbli, bejn xi maltempata iżolata ‘l hemm u ‘l hawn, bejn temp imsaħħab u temp xemxi, insomma ftit minn kollox insomma. Jidher li llejla għandna nistennew ħafna riħ.
Il-paġna l-aġġornament tat-temp kitbet, “illejla ser iżid ir-riħ mil-Majjistral minn forza 3 ta bħalissa għal forza 6.” Iżda jidher li dan ir-riħ mhux ħa jdum ħafna jaħkem fuq il-gżejjer Maltin, dan għaliex għandu jitbatta sa għada.
Huma jispjegaw li, “Temp għal għada l Ħamis mistenni jkun ftit imsaħħab b’riħ qawwi mil-Majjistral forza 6 li jbatti mal-jum u jinżel forza 3 sa filgħaxija.”
Aġġornament tat-Temp