Mil-Lejla The Voice Kids Malta Jidħol Fil-Fażi Tal-Battles – Min Se Jiskpikka U Jkompli Bil-Vjaġġ Tiegħu?

Mil-lejla, The Voice Kids Malta se jidħol fit-tieni stadju tal-kompetizzjoni – il-Battle Round! Wara ġimgħat ta’ awdizzjonijiet mimlija talent u emozzjonijiet, issa l-parteċipanti żgħar se jmorru wiċċ imb’wiċċ f’dwetti spettakolari biex juru l-vuċi u l-ħila tagħhom fuq il-palk.





It-tliet mentors ta’ din is-sena, Destiny, Gianluca, u Sarah, se jkomplu jmexxu lit-timijiet tagħhom, jgħinuhom itejbu l-prestazzjoni u jagħtu l-aħjar li jistgħu iżda barra minn hekk irridu jagħżlu min se jkompli miexi għall-fażijiet li jmiss.



Il-kompetizzjoni issa saret aktar eċċitanti minn qatt qabel, hekk kif ir-rebbieħ ta’ The Voice Kids Malta se jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest ta’ din is-sena. Il-preżentatriċi karismatika Maxine Pace se tkun qed tmexxi l-programm b’dik l-enerġija u l-karizma li tant niżlet tajjeb mat-telespettaturi.

Ħejju ruħkom għal lejl mimli talent, emozzjoni u sfidi kbar — The Voice Kids Malta jidħol fil-fażi tal-battles mil-lejla!

Facebook / The Voice of Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI