Lill-preżentatriċi bravissima u dħulija, Maria La Barokka Muscat, kontinwament narawha impenjata biex twassal l-aqwa servizz fuq it-televiżjoni lokali.
Bla dubju drajna narawha waqt l-aħbarijiet ta’ TVM, kif ukoll hi xxandar il-programm tagħha Kuxjenza fi tmiem il-ġimgħa. Jidher li l-involviment tagħha fl-iskeda televiżiva se jkompli jikbar, bil-programmi TVAM u Rasimbras.
“Mil-lum bdejt inkun magħkom ukoll fuq TVAM u Rasimbras, li jixxandar fit-15.15 u fis-19.30 fuq TVM+. Il-mistieden huwa Paul Abela mill-Malta Chamber of SMEs,” tgħid Maria.
Bravissima wisq!
Facebook/ Maria La Barokka Muscat