Milo Qed Ifittex Id-Dar Dejjiema Tiegħu

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-attivista għad-drittijiet tal-annimali Maxine Borg laqqgħet lis-segwaċi tagħha ma’ Milo, kelb ħelu immens li qed ifittex id-dar dejjiema tiegħu.  

Hi qalet, “Milo huwa kelb ta’ 6 snin li huwa msewwi, iċċippjat, ivvaċinat u toilet trained. Għandu karattru mill-aqwa u jkun eċitat immens meta jiġi biex jiltaqa’ ma’ nies ġodda. Milo jħobb ħafna l-attenzjoni u jieħu gost ikun imdawwar bin-nies. Ibati minn separation anxiety, so l-aħjar huwa li jkun f’dar fejn dawk li jadottawh ma jaħdmux sigħat twal u jistgħu jqattgħu ħafna ħin miegħu.”

Żiedet, “għandu wkoll xi allerġiji fil-ġilda, u jinsab fuq dieta speċjali. Milo kelb mill-aqwa lest biex jagħti ħafna imħabba, irid biss id-dar adaattata u dejjiema għalih.”

Ixxerjaw dan l-artiklu forsi nkunu t’għajnuna!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI