Minħabba Inċident Li Kien Hemm Triq Hompesh Il-Fgura Ingħalqet Miż-Żewġ Direzzjonijiet

Fl-aħħar ħin jidher li seħħ inċident tat-traffiku ġewwa l-Fgura, hekk kif irrapporta s-sit One.com.mt. L-inċident ġie rrappurtat li seħħ għall-ħabta tas-13:45, fi Triq Hompesh il-Fgura.

Għaldaqstant is-sewwieqa huma infurmati li t-triq tinsab magħluqa miż-żewġ direzzjonijiet. Uffiċjali tal-Pulizija marru fuq il-post ukoll minħabba l-investigazzjoni relatata mal-inċidenti, iżda s’issa ma ntqalx jekk weġġax xi ħadd.

Pjanaw ir-rotta alternattiva tagħkom jekk kontu ser tgħaddu minn din iż-żona. Nittamaw li ma weġġa’ ħadd.

Google Maps







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI