"Il-Ħajja Tkompli" – Angela Coleiro Taħsad Lil Ħafna Bid-Deċiżjoni Tagħha Li Għadha Kif Ħabbret

Kważi kien xahar ilu meta l-preżentatriċi Angela Coleiro uffiċjalment ħabbret li ġiet approvata biex tkun kandidata tal-elezzjoni ġenerali. Din ma kinitx ser tkun l-ewwel darba li ħa nkunu qed naraw personalità tat-televiżjoni u r-radju tikkontesta biex tikseb siġġu fil-parlament Malti.

Madanakollu jidher li nbidel kollox wara deċiżjoni li ħasset li għandha tieħu Angela. Ħabbret dan ftit tal-ħin ilu. Minkejja li l-pjanijiet f’dan is-settur jidher li ser jieqfu hawn għalissa, xorta bi ħsiebha tibqa’ tkun hemm biex tkun ta’ appoġġ u kif ukoll iżżomm kumpanija lit-telespettaturi li tant iħobbuha.

Naturalment xorta waħda se nibqa’ naghti sehmi bħala xandara fuq Netfm, u Net TV. Nixtieq nieħu din l-opportunita sabiex ngħid grazzi kbira minn qalbi lil dawk kollha li wrew is-sapport, u l-appoġġ tagħhom”. Angela tinsab grata ta’ kemm irċeviet kuraġġ meta xtaqet issemma leħinha. 

Aħna ċerti li sehmek ser jibqa’ jagħmel differenza f’pajjiżna b’mod pożittiv Angela kif dejjem għamel! Awguri għal aktar!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI