Riċentament, Christian Arding, il-kantant li rajnieh daqstant viċin biex jirbaħ Mużika Mużika kien il-mistieden ta’ Malcolm Pisani fuq D BBQ Show li jixxandar kull nhar ta’ Ħadd filgħaxija fuq NET TV.
Christian ma’ Malcolm żvela li f’ħajtu għandu motto li jħobb jimxi bih, “min jaqta’ qalbu jitlef.” Motto li fil-verità jgħinek tgħix ħajja pożittiva ferm. Arding jiżvela li bħalissa qed jaħdem fuq diversi proġetti ma’ numru ta’ atturi fix-xena tat-teatru lokali. Hija linja kemxejn differenti għal Christian iżda t-teatru ilu f’qalbu minn meta kien żgħir.
Waqt il-programm hu jiżvela li għandu żewġ difetti partikolari, hu jarmi ħafna lilu nnifsu għax kulma jagħmel ikun irid jagħmlu sew u preċiż, barra minn hekk jeqred ftit mhux ħażin u jibqa’ jiġġieled għall-punt iżda jekk ikun żbaljat jammetti mill-ewwel u jagħtik raġun.
Tafu lil xi ħadd bħal Christian? Għal dawk kollha li jixtiequ jerġgħu jsegwu D BBQ Show jista’ jagħmlu dan billi jidħlu HAWN.
Facebook / Christian Arding