Dan hu żgur ritratt nostalġiku li joħodna tant u tant snin lura! Jekk wieħed jifli r-ritratt sew tindunaw li dan ir-ritratt imur lura sew fis-snin, eżattament għal qabel Malta ħadet l-Indipendenza. Tistgħu tinnotaw dan mill-bandiera Maltija li tidher fir-ritratt!
View this post on Instagram
Ir-ritratt huwa mill-fiera internazzjonali ta’ Malta li kienet issir fin-Naxxar bejn l-1958 sa l-2006 f’post fejn qabel kien jagħmel parti minn Palozzo Parisio. Il-fiera barra li kienet isservi biex wieħed imur jixtri xi prodotti li jkollu bżonn u jakkwista xi offerta kienet isservi wkoll ta’ ħarġa.
Ħafna Maltin kienu jilmentaw dwar it-traffiku kkawżat minn din il-fiera, imma llum il-ġurnata tista’ tgħid li kullimkien ħa ssib it-traffiku. Żgur li nostalġija mill-isbaħ speċjalment għal dawk li kienu jżommu l-appuntament ta’ kull sena.
Instagram / picture.memories