"Min Joqgħod Mal-Vulnerabbli Ma Jistax Jingħata L-Vaċċin Qabel?" – Bint Ikkonċernata

Ilbieraħ ġie mħabbar li l-ġenituri ta’ tfal vulnerabbli ħa jkunu qed jingħataw il-vaċċin tal-Covid-19 sabiex dawn it-tfal ikunu protetti minħabba l-fatt li huma stess ma jistgħux jieħdu l-vaċċin.

Fuq il-midja soċjali qam l-argument jekk il-gvern għandux jagħti prijorità biex dawk li jgħixu ma’ nies vulnerabbli ukoll jingħataw il-vaċċin qabel. Kien hemm min qabel ma’ dan iżda kien hemm min qajjem l-argument li l-vulnerabbli ħa jkunu ġa mlaqqma allura dak li jkun ma għandux ikunu f’perikolu.

Dawk li jgħixu ma’ nies vulnerabbli qajmu l-argument li tajjeb li jkunu protetti huma wkoll sabiex ikun hemm protezzjoni doppja. Fil-ġimgħat li ġejjin ħa jitkomplu jingħataw it-tilqim nies li għandhom xogħol dirett ma’ nies oħra fil-komunità inkluż tal-posta u l-għalliema.

Ħafna jinsabu ħerqana biex jieħdu l-vaċċin ħalli jkollhom forma ta’ protezzjoni kontra dan il-virus li issa ilu jiddomina d-dinja għal aktar minn sena sħiħa. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI