“Min Kellu Jgħidilna Li Se Jasal Il-Jum U Mhux Se Nħejju Għat-Tieġ Tagħna?” – Yazmin Helledie

Yazmin Helledie, l-eks parteċipanta ta’ X Factor Malta li kienet parti mill-grupp Yazmin & James, u l-għarus tagħha Keith Panelli, illum suppost iżżewġu. Iżda b’konsegwenza tal-pandemija, huma ħassew li kienet l-aħjar għalihom li jmexxu l-ġurnata tat-tieġ.





“Oh kif stennejnik 20 ta’ Settembru 2020! Min kellu jgħidilna li se jasal il-jum u mhux se nkunu qed inħejju għat-tieġ tagħna!” kitbet Yazmin fuq il-midja soċjali.



“Aħna għidna “I Do” xorta waħda, imma fil-party Ħawajjan tal-ħbieb tagħna fejn Keith u kulħadd hemmhekk ippjanaw ċerimonja bħala sorpriża. U wara l-battikata kollha li ġabet magħha din is-sena, issa għandna storja oħra  x’nirrakkontaw lit-tfal u n-neputijiet tagħna.”

“L-20 ta’ Settembru dejjem tkun speċjali, imma aħna miexjin ’l quddiem,” ikkonkludiet hi. Kollox jiġri għal raġuni Yaz… taqtgħux qalbkom!

Facebook/Yazmin Helledie

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI