Omm inkwetat għamlet kuntatt mal-paġna Ommijiet Ngħinu Lil Xulxin sabiex turi t-tħassib tagħha dwar iċ-ċertifikat ta’ tmiem tal-iskola sekondarja. L-omm qalet li skopriet li l-ischool leaving certificate ta’ binha ħa jkun ta’ livell inqas minn ta’ studenti li baqgħu jattendu.
L-omm inkwetat qasmet dan il-kumment, “Taqblu miegħi li din inġustizzja? It-tifel qiegħed form 5 u miħabba l-pandemija bżajt nibagħtu l-iskola. Qed nagħmlu privat online minħabba l-O Levels.”
Hi tkompli tgħid, “L-Assistent Kap tal-Iskola qalli li min mhux jattendi skola se joħroġlu School Leaving Certificate ta’ livell inqas minn tal-istudenti li baqgħu jattendu. Inħoss li mhux sewwa għax dawn fallew mhux b’kapriċċ.”
Hi itemm tgħid li l-inqas ħaġa li jistgħu jagħmlu jiktbu r-raġuni għaliex fallew l-iskola.