Il-Belt Valletta ser tkun fl-aqwa tagħha nhar il-Ħamis u nhar il-Ġimgħa li ġej mis-6 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Anke s-sibt fl-10 ta’ filgħodu! X’ser ikun hemm? 22 personaġġ ser jitħaltu man-nies u jallegrawhom fit-toroq ewlenin tal-Belt.
Dawn il-personaġġi ser ikunu lebsin kostumi mill-isbaħ fejn kulħadd jista jammira x-xogħol sabiħ u mimli dettall. Din hi parti mill-pjan għal ħolqien ekonomiku, soċjalu u kulturali għall-Belt Valletta.
Titħajjar tmur?