L-attur Clayton Pace kiteb messaġġ mill-isbaħ biex jawgura l-isbaħ xewqat lil martu l-attriċi Lenies. Hu kiteb “Happy Birthday lill-akbar ħabiba tieghi Lenies. Nixtieq nghidlek grazzi li int dik li int. Mingħajrek f’ħajti ma nkunx nofs il-persuna li jien. Inħobbok Lenza.”
Xerred ritratt ukoll għall-okkażjoni, li bħal dejjem juri l-imħabba u l-għaqda mill-isbaħ ta’ bejniethom. Lil Lenies rajnieha f’diversi produzzjonijiet lokali, l-aktar waħda riċenti tkun Iċ-Ċaqqufa fejn interpretat il-karattru.
Awguri minn qalbna għażiża!