Matul iċ-ċiklun Harry, is-servizz ta’ vjaġġar bejn Malta u Għawdex kellu jiġi sospiż għal ftit jiem hekk kif it-temp aħrax tefa f’periklu s-sigurta`tal-passiġġieri. Il-ġimgħa l-oħra, is-servizz reġa’ beda jingħata hekk kif il-maltempata battiet ftit.
Minkejja dan, illum it-temp reġa’ tqawwa u għalhekk kellhom jittieħdu xi prekawzjonijiet. Is-servizz xorta qed jingħata iżda qed naraw xi dewmien minħabba li qed jgħaddi mir-rotta ta’ Kemmuna.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Gozo Channel Operations Limited kitbu, “Minħabba l-maltemp, il-vapuri qed jaħdmu permezz tar-rotta ta’ Kemmuna u għaldaqstant huwa mistenni dewmien fit-traġitti.”
Nirringrazzjawhom tas-servizz, u talli jitfgħu s-sigurta`tal-passiġġieri l-ewwel u qabel kollox.
Facebook / Gozo Channel Operations Limited