“Minħabba L-Maskri Ma Nistax Nidħol F’Konversazzjoni… Iżda Issa Qed Inħossni Aktar Sikura” – Persuna Nieqsa Mis-Smigħ

Persuna nieqsa mis-smiegħ qed tħeġġeġ l-użu tal-maskri, minkejja li dan ifisser li hi qed tispiċċa tinqata’ barra mill-konverżazzjonijiet.

Minħabba li din it-tfajla hija nieqsa mis-smiegħ, hija tifhem xi jkunu qed jgħidu persuni oħra billi taqra x-xuftejn, iżda bil-maskri dan isir impossibbli.

Hija qalet li qiegħda f’sitwazzjoni fejn ma tistax tifhem għalfejn grupp ta’ nies ikun qiegħed jidħaq, jew xi tkun qed tipprova tgħidilha tal-ħanut, għax jekk ma taqrax ix-xuftejn hi ma tistax tifhem.

Minkejja dan kollu, din it-tfajla tgħid li hi stess għandha bint li hija vulnerabbli u għalhekk tinsab kuntenta li issa l-maskri saru obbligatorji kullimkien, għaliex hekk qed tħossha aktar sikura u kunfidenti.





Facebook / A Silent World / www.freepik.com



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI