“Minħabba Raġunijiet Personali U Ta’ Saħħa, Ħadna D-Deċiżjoni Diffiċli U Emozzjonali Ħafna Li Nirtiraw.” – It-Tim Ta’ Village Fork

Village Fork

Ir-ristorant Village Fork ħabbar aġġornament importanti lill-klijenti tiegħu, hekk kif is-sidien Karl u Kyle ħabbru li se jkunu qed jagħlqu l-bibien.

Fil-messaġġ indirizzat lill-klijenti, huma spjegaw li wara ħafna snin iservu lill-pubbliku, kellhom jieħdu deċiżjoni diffiċli ħafna minħabba raġunijiet personali u ta’ saħħa.

Huma ddeskrivew din id-deċiżjoni bħala waħda diffiċli, iżda ttieħdet b’sens ta’ gratitudni kbira lejn dawk kollha li appoġġjawhom matul is-snin.

“Minħabba raġunijiet personali u ta’ saħħa, ħadna d-deċiżjoni diffiċli u emozjzonali ħafna li nirtiraw,” kiteb it-tim.

Fil-konklużjoni tal-messaġġ tagħhom, huma esprimew gratitudni kbira lejn kull min żar u appoġġja r-ristorant, u temmew b’messaġġ ta’ ringrazzjament mill-qalb lil dawk kollha li għamlu parti minn din l-esperjenza.







Ritratti:

Facebook/ Village Fork

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI