Minkejja li ftit jiem ilu l-istaġun xitwi wasal fi tmiemu madankollu s-sigħat ta’ filgħaxija u b’mod partikolari matul il-lejl it-temp Malti għadu jinħass pjuttost kiesaħ.
Is-sit Maltese Islands Weather iċċara li hu ordinarju u mistenni li f’dan iż-żmien tas-sena pajjiżna jkompli jintlaqat mill-kesħa b’mod partikolari f’dawk il-ħinijiet.
Kompla jispjega li waħda mir-raġunijiet ewlenin għal dan huwa proprju l-fatt li l-baħar Mediterranju bħalissa jinsab fl-iżjed punt kiesaħ tas-sena.
Din is-sena l-arja kiesħa kompliet tamplifika ruħha wkoll b’xi arja friska li ġiet mill-Ewropa.
Facebook / Explore Mata