Ixxerja
Skont sorsi ta’ The Malta Independent, kulleġġ ta’ patoloġisti Maltin iħoss li l-avvenimenti kollha kemm huma fejn kien hemm massa kbira ta’ nies bla ebda kontroll affettwaw wisq iċ-ċaqlieqa li kellna fin-numru ta’ każijiet.
Ma jaqblu xejn ma’ min mingħalih li l-ġlieda kontra l-Coronavirus intemmet jew waslet biex tintemm. Il-waqfa li kellna ta’ żieda fil-każijiet kienet biss xi ħaġa temporanja u bl-ebda mod wieħed ma kellu jserraħ rasu li issa nistgħu noħorġu kif ġie ġie mingħajr prekawzjonijiet.
“L-awtoritajiet tas-saħħa nsistew mal-pubbliku biex jibqgħu jżommu d-distanza soċjali u jilbsu l-ilbies protettiv f’tal-linja, fil-knejjes u ġewwa l-ħwienet. Madanakollu dawn il-postijiet b’massa ta’ nies joffru riskju għaxar darbiet jew mitt darba aktar”.
Jispiċċaw bil-fatt li l-akbar bżonn u s-soluzzjoni effettiva jibqgħu dak il-mument li jkollna l-vaċċin u dak li ser tkun kapaċi toffrielna x-xjenza.
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
“Tilef Id-Dar Tiegħu, Imma Mhux Il-Valur Tiegħu. Darba, Cole Tilef Kull Ma Kien Jaf” – MSPCA
Gabriella Borg
Ilbieraħ
Fuq il-mezzi soċjali tagħhom, l-MSPCA kitbu messaġġ lil Cole, kelb li fl-aħħar ġie mogħti ċans ġdid.Huma spjegaw, “Tilef id-dar tiegħu, imma mhux il-valur tiegħu. Darba, Cole tilef kull ma kien jaf. Id-dar li kien jaf, il-ħajja li ħaseb li dejjem se jkollu. Illum, Cole ipoġġi quddiem bieb ġdid, mhux bħala kelb li ġie abbandunat imma […]