Il-paġna tat-temp fuq Facebook Malta Weather żvelat x’għandna nistennew għal għada, l-Ġimgħa 27 ta’ Novembru.
“It-temp mistenni jkun bnazzi jew ftit imsaħħab bi sħab għoli li jiżdied aktar tard u b’riħ mix-Xlokk il-Lvant Forza 4 li jdur lejn ix-Xlokk u jiżdied għal Forza 6 sa tard filgħaxija,” ġie miktub fuq il-paġna.
L-inqas temperatura se tkun 13°C, filwaqt li l-ogħla se tkun 19°C. Għalhekk tajjeb li wieħed jilbislu sew u jistkenn mir-riħ minkejja l-ġurnata sabiħa li jaf naraw!
Facebook/Malta Weather