"Minkejja Vaċċinat Xorta Rriżultajt Pożittiv Iżda Ninsab Fi Stat Ta' Saħħa Tajjeb…" – Geordie Debono Jkun Ta' Kuraġġ Għal Ħaddieħor

Il-preżentatur u kantant Geordie Debono żvela fuq il-profil tiegħu xi ħaġa personali bit-tir li jagħti kuraġġ lil ħaddieħor, speċjalment dawk li jgħaddu minn esperjenza simili tiegħu. Fil-fatt Geordie qal f’post tiegħu li rriżulta pożittiv għall-Covid-19, u li jinsab fi stat tajjeb grazzi għall-vaċċin.

Juża din l-aħbar biex jurina kemm is-saħħa tant hi prezzjuża imma kultant irridu niftakru kemm għandna napprezzawha. “Fi żminijiet diffiċli bħal dawn ma nindunawx kemm aħna xxurtjati li nqumu filgħodu, ninħaslu u forsi nieħdu xi kolazzjon, imbagħad naqbdu triqna għax-xogħol, niltaqgħu mal-kollegi tagħna u anke l-klijenti xi kultant.”

Geordie jqajjem kuxjenza favur il-vaċċin, u jħeġġeġ biex min għadu ma jridx jeħodha, jagħmel dan kemm jista’ jkun malajr. “Dan il-messaġġ huwa maħsub għal dawk hemm barra li għad għandhom ċerti dubji dwar il-vaċċin. Mur iġġib il-jab tiegħek, issalva lilek innifsek u lil ħaddieħor madwarek tikkawża li xi darba jista ‘jkun tard wisq.”

Nawguraw fejqan ta’ malajr lil Geordie u ngħidulu prosit talli kien ta’ eżempju tajjeb b’dan il-messaġġ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI