B’sens ta’ niket, James Aaron Ellul, id-Deputat Sindku tal-Floriana, sellem il-memorja ta’ Mary Gauci, li għal snin twal ħadmet b’dedikazzjoni kbira fi ħdan il-Partit fil-lokalità.
F’messaġġ li qasam, Ellul fakkar kif Mary kienet persuna li ħadmet bla heda għall-partit u kienet fost l-ewwel li offrietlu l-appoġġ tagħha fil-bidu tal-ħidma tiegħu fil-qasam politiku. Huwa ddeskriva din il-memorja bħala waħda li teħodna lura għas-sena 2017 — perjodu li fih bla dubju, Mary ħalliet marka ċara permezz tal-impenn u l-lealtà tagħha.
Fl-istess messaġġ, id-Deputat Sindku wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba u lil dawk kollha li kienu jafuha u għożżuha.
Tistrieħ fis-sliem.
Facebook/ James Aaron Ellul